Ġermaniża ta’ 33 sena residenti x-Xemxija stess kienet sofriet ġrieħi meta waqgħet minn ġo tamboċċ. L-inċident seħħ llum għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Piscopo Macedonia, x-Xemxija.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara waqgħet waqt li kienet fuq il-bejt tal-istess propjeta’. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-mara kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hija ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’Ambulanza u iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.