Ċertu Ian Scicluna kiteb lill-Pulizija fuq il-paġna Facebook tagħhom li meta ħalla mobile ħdejn magna tal-ATM, membru rtirat tagħhom sabu u ħadu lejn l-eqreb għassa, li nzertat dik taż-Żejtun.
S’hawn diġa kien iffortunat, iżda ħassu ferm iktar kuntent meta skopra li ċċarġjawlu l-mobile ukoll! Kieku ma kienx hekk, ma kienx jintebaħ fejn qiegħed, għaliex ma kien jirrispondi ħadd meta ċempel fuq in-numru tiegħu stess biex jittanta xortih, forsi xi ruh tajba tirrispondi u tgħidlu li sabitu.
Storja li tnissel tbissima u li l-Pulizija għandhom ikunu kburin biha.