Il-kumpanija diġitali Sony mistennija tirriloka l-kwartieri ġenerali Ewropej tagħha fl-Olanda biex tilqa’ għal kull eventwalità ta’ Brexit. Il-kumpanija qalet li r-rilokazzjoni se tevita li jkun hemm diffikultajiet relatati ma’ dħul u ħruġ ta’ prodotti mill-kumpanija, iżda l-impjegati se jkunu jistgħu jibqgħu stazzjonati l-Ingilterra għal ċertu operazzjonijiet.
Sony hija biss waħda minn diversi kumpaniji kbar li għażlu bażi oħra barra mir-Renju Unit biex jevitaw impatt negattiv dwar Brexit.
Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej, iżda ż-żewġ naħat għad iridu jilħqu ftehim xieraq ta’ kif se jsir dan.