F’intervista dalgħodu, fejn spikkat in-negattività tal-Kap tal-Oppożizzjoni, huwa qal li kien kburi li kien imexxi l-MIC, fejn il-paga tiegħu kienet 80% aktar mill-paga li kellu l-Kap taċ-Ċivil u l-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien.
Iżda fuq kollox kburi li huwa, bħal Kap tal-MIC, ta’ kuntratti lill-Europa Reserach & Consultancy Services li tagħha kien Direttur.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li dan imur għal kollox bil-kontra ta’ dak li tant jitkellem dwaru, anke f’dak li għandu x’jaqsam ma’ persons of trusts, fejn bħala Kap tal-MIC kien daħħal 17 –il persuna kollha barra miċ-Ċivil.
Mhux ta’ b’xejn, innota l-partit, li lil Busuttil ħadd mhu qed jieħdu bis-serjetà, mhux biss għax jgħid ħaġa u jagħmel oħra, mhux biss għax jibqa’ jiddefendi nies bħal Toni Bezzina, iżda għax filwaqt li jagħmel hekk, jattakka proġetti bħal dak fil-qasam tas-Saħħa li se jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.