Is-sena 2019 hija ferm importanti għall-anzjana Għawdxija u b’enerġija żagħżugħa, Grazzja Grech. Għaliex propju din is-sena hi qed tiċċelebra l-100 sena mit-twelid tagħha.
Imdawra b’tmien t’itfal, tlieta minnhom sorijiet, sittax -il neputi u neputija u għaxar proneputijiet, dalgħodu, Grazzja iċċelebrat għeluq snina b’quddiesa ċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Grazzja li hija mir-Rabat Għawdex, ddedikat ħajjitha kollha għall-familja tagħha. Ħajjet l-anzjana mhux dejjem kienet ward u zahar għaliex hi għexet fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija kif ukoll tilfet lil bintha ta’ eta żgħira ferm.
Attendiet għall-okazzjoni mill-isbaħ il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, fejn ippreżentat bukkett tal-fjuri lill-Grazzja.