Fir-reazzjoni tiegħu għar-rapport tal-IMF, il-Partit Nazzjonalista qed juri li minkejja s-suppost mod ġdid, l-analiżi ekonomika se tibqa’ l-istess bħalma kienet fis-snin li għaddew: Żbaljata, inkonsistenti u negattiva. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.
L-IMF kienet ċara kristall meta qalet li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna hu fost l-iktar b’saħħithom fl-Ewropa.
Iżda, l-Oppożizzjoni qed tgħid li t-tkabbir imbassar mhux biżżejjed. Dan anke jekk ir-rapport tal-IMF ibassar li fl-2019 l-ġid nazzjonali ser jikber b’aktar minn 5%.
Jekk il-kelliem tal-Oppożizzjoni huwa nkwetat fuq tkabbir ta’ ħames punti perċentwali, ahseb u ara kemm messu kien nkwetat aktar bi tkabbir ta’ 3/4 punti perċentwali meta kien isservi fil-Kabinett.
Dan biex ma nsemmux l-inkonsistenza. Fejn tal-Oppożizzjoni daqqa jgħidu li l-ekonomija qed tikber iżejjed u daqqa tgħid li mhix tikber biżżejjed. Jekk irid jara kif ikun rapport ta’ tħassib, il-kelliem tal-Oppożizzjoni jista’ jaqbad ir-rapport tal-2013 tal-istess istituzzjoni. Dakinhar l-IMF kienet inkwetata fuq id-dejn nazzonali, t-tkabbir ekonomiku, l-potenzjal ta’ pajjizna, l-istabbilita tal-banek tagħna, l-istat tal-intrapriżi pubbliċi u l-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna. Illum ir-realtà hi totalment differenti, temm jgħid il-Partit Laburista.