Ħadd ma wegga’ f’ħabta bejn żewġ ajruplani tal-passiġġieri fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Ajruplan tar-Ryanair u ajruplan tat-Turkish Airlines kellhom inċident wara li laqtu lil xulxin waqt li kienu qed jimmanuvraw fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21:45 tal-Ħamis filgħaxija. L-ajruplan tar-Ryanair kien ġej minn Bari filwaqt li l-ajruplan tat-Turkish Airlines kien sejjer lejn Istanbul.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-ajruplani li kienu bil-passiġġieri abbord laqtu l-ġewnaħ ta’ xulxin waqt li wieħed kien qed jippreparaw għat-tluq u l-ieħor kien għadu kif lesta l-inżul.
Kawża tal-inċident ma weġġa’ l-ebda passiġġier u dawn t-titjiriet qed isofru xi dewmien sabiex l-inġiniera jistabbilixxu l-ħsara li ġarrbu l-ajruplani.
Fi stqarrija, l-Ajruport qal li qed jagħti l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet relevanti li għaddejjin b’investigazzjoni dwar dan l-inċident.