Il-Ħadd li ġej, 20 ta’ Jannar, ser tiġi ċċelebrata l-festa ħelwa ta’ Sant Anton Abbati, fix-Xagħra Għawex, fejn ta’ kull sena jattendu għaliha mijiet ta’ nies minn madwar Malta u Għawdex.
Din il-kappella ddedikata lil dan il-qaddis serviet għal diversi snin bħala l-knsija ewlenija fix-Xagħra. Diversi rapporti minn awtoritajiet fil-knisja juru li din il-kappella hija waħda mill-eqdem kappelli f’Malta.
Ħaġa storika li wieħed jistgħa jsib fit-titular, hemm jissimbolizza l-marda tal-pesta li ħakemt in-naħħat tal-Qaċċa fix-Xagħra fl-1814 u li ħalliet għexieren mejta.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd ser jiġu organizzati diversi attivitajiet għall-familja u tfal, fosthom sfilata taż-żwiemel, reptile show, rodent show kif ukoll tlielaq tat-tfal. Il-qafas tal-festa jintlaħaq bit-tberik tal-annimali mill-Isqof Mario Grech ġewwa pjazza Sant Anton.