Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May appellat lill-Membri Parlamentari Ingliżi sabiex jaħdmu flimkien b’mod kostruttiv bil-għan li tinstab triq ‘il quddiem għal Brexit.
Ilbieraħ filgħaxija, May rebħet il-vot ta’ fiduċja bi żbrixx li tressaq mill-Kap tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn. Il-Gvern ingliż rebaħ il-vot b’ 19 il-vot hekk kif 325 membru parlamentari vvutaw favur il-gvern filwaqt li 306 ivvutaw kontra.
Dan il-vot ittieħed l-għada li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim dwar Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea.