Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma sabx deputati Nazzjonalisti sabiex jindirizza konferenza tal-aħbarijiet miegħu t-Tlieta filgħaxija.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu lil One News li Adrian Delia ried jagħmel konferenza tal-aħbarijiet kontra l-investiment li għaddej mill-privat fil-qasam tas-saħħa, sabiex b’xi mod itaffi ftit mill-inkwiet li għandu fil-Partit u jintgħoġob mal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
L-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien kontra l-investiment privat ta’ 200 miljun ewro fil-qasam tas-saħħa li permezz tiegħu l-isptar San Luqa, l-isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, se jkunu tal-aqwa livell għall-pazjenti li se jingħataw il-kura.
Iżda t-tentattiv ta’ Adrian Delia falla u ħa falza stikka, għax meta sejjaħ il-Konferenza tal-Aħbarijiet ma sabx d-deputati nazzjonalisti lesti li jidhru miegħu quddiem il-media.
Għaldaqstant, Delia kien kostrett li jdur fuq il-ftit d-deputati nazzjonalisti li jappoġjawh u għazel lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għad-drittijiet tal-annimali Mario Galea.
Galea huwa wieħed mill-ftit d-deputati li ħareġ għonqu gżal Delia u kien iddikjara li Simon Busuttil kellu jċedi s-siġuġu.
Is-sorsi tagħna fil-kurituri tad-Dar Ċentrali qalulna li ma setgħux jifhmu kif Delia spiċċa ħa lill-kelliem nazzjonalista għad-drittijiet tal-animali f’konferenza dwar il-qasam tas-saħħa.
Bis-sorsi tagħna fil-Partit Nazzjonalista qalulna li Adrian Delia, bħalissa fl-istat li jinsba fih il-Partit, mhux li għandu xi r-relazzjoni feliċi mal-kelliem tas-Saħħa Stephen Spiteri.
Bis-sorsi żiedu jgħidu kif Stephen Spiteri deher skomdu meta attenda għall-attivita ta’ Adrian Delia l-Ħadd fil-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-Isla li jagħmel parti mid-distrett tiegħu.