Hristijan Slavev ta’ 23 sena mill-Maċedonja u li joqgħod San Pawl il-Baħar ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li fid-9 ta’ Diċembru li għadda seraq laptop minn lukanda f’San Pawl il-Baħar, li kkawża ħsara fuq bieb ta’ emerġenza fl-istess lukanda.
L-ispettur Spiridione Zammit spjega kif l-imputat m’għandux permess ta’ residenza f’pajjiżna u li ma kkoperax waqt l-interrogazzjoni.
Fid-dawl li l-imputat għandu kondotta nadifa, l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri kkundannat lil Slavev sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.
Għall-imputat dehret l-avukat tal-għajnuna legali Dr. Francine Abela.