Tifel ta’ ħames snin indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Mosta.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-13:45 fi Triq Nicolo’ Isourd, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li tifel ta’ 5 snin qasam it-triq b’konsegwenza li ħabat mal-ġenb ta’ vettura Honda Civic u waqa` ma’ l-art. Il-vettura kienet misjuqa minn mara ta’ 60 sena, residenti l-Mosta stess.
Huwa ttieħed minnufih iċ-Ċentru tas-saħħa tal-Mosta u aktar tard ġie trasferit l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.