Telgħu għal erbgħa l-persuni li tilfu ħajjithom fl-isplużjoni li seħħet fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Dan wara li ħaddiema mit-taqsima tas-salvataġġ sabu l-katavru ta’ mara fit-tifrik.
Fost dawk li tilfu ħajjithom kien hemm żewġ ħaddiema mat-taqsima tat-tifi tan-nar kif ukoll turist Spanjol wara li seħħet splużjoni għand furnar li allegatament seħħet wara ħruġ ta’ gass.
Għexieren oħra ndarbu fl-isplużjoni, liema splużjoni kkawżat ħsarat kbar fit-toroq tal-madwar.
Għalkemm il-każ għall-ewwel beda jitqies bħala wieħed li seħħ b’aċċident, il-Pulizija m’hi qed teskludi xejn.