Fdalijiet ta’ sottomarin Ġermaniż li kien jintuża fl-Ewwel Gwerra Dinjija telgħu f’wiċċ il-baħar ftit ‘il barra mill-kosta Franċiża, viċin Calais.
Jidher li s-sottomarin huwa tat-tip UC-61 li kien għereq f’dawn l-inħawi b’attakk mill-ajru f’Lulju tal-1917. Dan malajr qed isir attrazzjoni turistika popolari minkejja li s-sindku tal-post qed iwissi li s-sit kapaċi jkun perikoluż.
“Il-viżibilità tas-sit jiddependi ħafna mill-baħar u mill-elementi naturali, allura hemm ċans kbir li jekk jagħmel xi ftit tal-maltemp, is-sit jerġa’ jinżel aktar fil-fond tal-baħar”, qal is-Sindku ta’ Calais, Wissant Bernard Bracq.