Amerikan ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat Għawdex ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn wara li nstab ħati li għamel ħsara lil dar privata ta’ żewġt aħwa, u heddidhom.
Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda għall-ħabta tal-17:00 barra d-dar ta’ Philip Mercieca u oħtu Josephine fix-Xagħra, Għawdex.
L-akkużat, Angelo Michael Scifo, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti t’Għawdex tagħtih sentenza sospiża ta’ ħabs filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-aħwa Mercieca.