Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed iwissi lill-konsumaturi biex ma jikkunsmawx lemon juice tad-ditta Piacelli Citrilemon minħabba li fih instab sulfati li m’humiex iddikjarati fuq it-tikketta. Din it-twissija tgħodd b’mod partikolari għal dawk il-persuni li huma allerġiċi għas-sulfati.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit eletrroniku https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.