F’konferenza tal-aħbarijiet li Sea Watch organizzat illejla ġie kkonfermat li l-eqreb port sigur għall-bastiment Sea Watch 3 kien Lampedusa fl-Italja. Din id-dikjarazzjoni minn Sea Watch tikkonferma l-argument tal-Gvern Malti li dejjem saħaq li Malta ma kellha x’taqsam xejn mal-kordinazzjoni tas-salvataġġ.
Abbord Sea Watch 3 hemm 32 persuna li ġew salvati minn fuq dgħajsa. Il-bastiment tħalla jidħol għall-kenn qrib il-kosta Maltija. Il-kelliema ta’ Sea Watch, li wkoll għamlu kuntatt telefoniku ma’ persuna abbord il-bastiment spjegaw li s-sitwazzjoni għall-persuni salvati hija diffiċli.
Sea Watch appellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex isibu soluzzjoni u dawn l-immigranti jidħlu f’port sigur u jiġu rilokati. Din il-kwistjoni qamet wara li l-Italja għalqet il-portijiet tagħha anki jekk kienet bl-aktar port sigur viċin.
I t-Tuneżija u l-Libja wkoll għalqu l-portijiet tagħhom għal dan il-bastiment.