Is-6 ta’ Jannar timmarka għeluq il-festi tal-Milied bl-Epifanija. F’Malta u f’Għawdex saru diversi ċelebrazzjonijiet bit-tliet Għawdxin li rrapreżentaw lit-tliet Slaten Maġi telqu minn Malta u qasmu l-fliegu lejn Bethlehem f’Għajnsielem. Fost l-oħrajn huma għaddew mill-Mellieħa u anki dehru telgħin fuq il-vapur t’Għawdex.Intant il-komunità Griega Ortodossa f’Malta l-Ħadd filgħodu ċċelebrat l-Epifanija f’tax-Xbiex.
Propju ftit metri ‘l bogħod mill-Ambaxxata Griega f’Malta seħħet dik magħrufa bħala l-qabża fl-ilma, tradizzjoni Ortodossa f’dan il-jum sinjifikanti għall-Insara kollha.
Dan is-sit ħa l-kummenti tal-Vigarju tal-Knisja Ortodossa f’Malta, Esftathios Megremis, dwar din it-tradizzjoni.
“Escpecially Greek, esoecially Orthodox Churches make this celebration in the sea, or in the rivers or where there is some other water to consegrate the water.”
Wieħed mill-Griegi li qabżu l-baħar qalilna wkoll dwar is-sinjifikat ta’ din it-tradizzjoni li qed issir f’Malta għat-tieni sena konsekuttiva:
“This is a blessing and for us at least the Greeks that we have it every year the same day, it’s very important especially when you manage to get the cross between everybody, means luck, means health.”
L-għawwiem temm jgħid kif ħassu tajjeb li din it-tradizzjoni reliġjuża għamilha f’pajjiżna.
“For me it’s the first time in my life that I do this and I’m happy that I did it in Malta here because the sun was with us so it was ok and it’s excellent, excellent experience. I suggest people that they should do it.”
Sadanittant f’Istanbul, minn fejn titmexxa d-dinja Ortodossa, il-Patrijarka Ekumeniku Bartholomew iffirma dokument importanti li għaraf l-indipendenza tal-Knisja Ortodossa Ukrena. Din inħallet minn dik Russa wara sekli sħaħ f’deċiżjoni meqjusa kontroversjali u politika. Dan fl-isfond li r-relazzjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja marru l-baħar.
L-Ortodossi fir-Russja u f’ċertu pajjiż fl-Lvant tal-Ewropa jiċċelebraw il-Milied fis-sebgħa ta’ Jannar.