Liġi ġdida fl-Arabja Sawdija mistennija twaqqaf li n-nisa Sawdi ma jkunux jafu fuq id-divorzju tagħhom.
Mill-jum tal-Ħadd, il-Qorti hija obligata li tinforma lin-nisa permezz ta’ messaġġ fuq il-mowbajl dwar deċiżjonijiet li jikkonfermaw id-divorzji.
Avukati nisa lokali qalu li din il-miżura se twaqqaf dawk magħrufa bħala divorzji sigrieta, fejn l-irġiel itemmu ż-żwieġ mingħajr ma jgħidu lill-mara.
Id-direttiva se tassigura li n-nisa jkunu konxji tal-istat ċivili tagħhom u jistgħu jipproteġu drittijiet bħalma hu l-manteniment.