“That’s one minute see you tomorrow”
Din il-frażi hija popolari ma’ ħafna li kienu jsegwu l-filmat ta’ minuta li ta’ kuljum kien itella’ fuq Facebook Nusseir Yassin minn madwar id-dinja. Madankollu, wara elf filmat u elf ġurnata l-vjaġġ ta’ Nas Daily wasal fi tmiemu. Il-vjaġġ tiegħu intemm f’pajjiżna fejn f’Dar il-Mediterran iltaqa’ ma’ bosta Maltin u persuni li ġew apposta minn madwar id-dinja sabiex jiċċelebraw miegħu tmiem dan il-vjaġġ.
Nusseir Yassin saħaq li għalkemm il-filmati ta’ minuta tiegħu spiċċaw, il-pubbliku madwar id-dinja ser jara iktar filmati tiegħu fil-ġejjieni qrib hekk kif diġà għandu pjanijiet għal proġett ġdid.
“My next step, I’m starting a company. I’m starting a media company, and hopefully instead of making one video per day, I want to make a company which makes a hundred videos per day on a hundred different channels to start a whole.. I want to take as much of the internet as possible. So if you hate me that is a kind of a problem because there’s going to be a lot of my content coming up very soon.”
Għal dan l-avveniment ġew ukoll il-familja ta’ Nas. Oħt Nusseir qaltilna li filwaqt li dan il-vjaġġ bidel il-ħajja ta’ ħuha u permezz tiegħu sar ferm iktar popolari, għaliha dejjem jibqa’ ħuha li kiber magħha.
“It’s crazy cause… I never expected my brother to be this big and I’m so incredibly proud and ..yeah still crazy. I don’t think of him as Nas Daily, he’s just my brother so being here and seeing all these people is just so surreal.”
Għall dan l-avveniment ġew ukoll bosta artisti li saru popolari wkoll għall-filmati tagħhom fuq is-siti soċjali. Tkellimna mal-magician popolari Julius Dein li rrakkontalna kif sar jaf lil Nas mix-xogħol tagħhom fil-midja. Huwa saħaq li dan l-avveniment huwa evidenza ċara tas-saħħa li għandha l-midja soċjali.
“I think there is no clearer example than here today, hundreds of people have turned up to celebrate day 1000 of Nas Daily so clearly social media is a powerful way to reach an international worldwide audience.”
Allan Dixon li huwa fotografu rinomat għall-istessi tiegħu m’annimali f’pajjiżi differenti saħaq li pajjiżna kien ideali sabiex Nas jgħalaq il-vjaġġ tiegħu.
“It’s an amazing destination, location. I love the energy of Malta, the people, they just walk around with smiles everywhere and they are just so welcoming.”
Iċ-ċelebrazzjoni rat il-parteċipazzjoni ta’ DJs lokali u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta li flimkien ma’ kantanti Maltin taw spettaklu qabel is-sala laqgħet lil Nusseir fuq il-palk. Filwaqt li din id-darba Nas ma setgħax jispiċċa bl-istess frażi, illum kellu messaġġ ieħor x’jgħaddi lil Maltin.
“Thank you guys so much. I hope you continue watching my videos and I’ll be back in Malta, you are a wonderful host and I couldn’t feel more at home. Thank you for this.”