Fi tmiem jum impenjattiv wara li l-poplu tar-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea l-Prim Ministru kien intervistat fuq ONE.
Joseph Muscat mhux biss tkellem dwar id-deċiżjoni li rat lill-LE jirbaħ. Iżda iktar minn hekk tkellem dwar l-impatt fuq pajjiżna u setturi differenti li lkoll jistgħu jkunu milquta minn din id-deċiżjoni.
Bħalma hemm sfidi hemm ukoll opportunitajiet u fi ħmistax –il minuta ta’ mistoqsijiet diretti l-Prim Ministru wieġeb dwar dan kollu.
Bħalma wieġeb ukoll dwar David Cameron, meta qal li ħass għalih speċjalment meta ra kif il-Prim Ministru Ingliż ħass ħafna dak li għadda minnu. “Nittama li min jieħu postu jkollu l-istess spirtu kumbattiv li kellu hu,” qal il-Prim Ministru.
L-intervista tidher hawn taħt.