Ingliż beda s-sena l-ġdida bit-tajjeb hekk kif rebaħ £115 miljun f’lotterija li ssir fl-Ewwel tas-Sena fl-Ingilterra, bl-isem EuroMillions.
Il-Lotterija Nazzjonali tal-Ingilterra qalet li din ir-rebħa hija r-raba’ l-akbar fl-istorja Ingliża. Għaxar persuni oħra rebħu miljun sterlina kull wieħed mill-istess lotterija.
Ix-xahar li għadda, raġel minn Lincolnshire rebaħ £76 miljun f’lotterija simili. L-akbar rebħa fl-Ingiliterra fl-aħħar żmien kienet fik ta’ £121 miljun, li ntebħu f’April li għadda.