L-eks kandidat Presidenzjali Amerikan u senatur prospettiv għal Utah, Mitt Romney, ħareġ jattakka lill-President Donald Trump u qal li dan iddiżappunta lid-dinja kollha.
F’artiklu fuq il-gazzetta The Washington Post, Romney qal li Trump għadu ma laħaqx il-mira tal-Presidenza tiegħu kif imwiegħed.
Romney hu magħruf għall-kummenti tiegħu kontra Trump, b’dan tal-aħħar jattakkah lura u jiddeskrivih bħala ‘kandidat fallut’.
Intant, il-President Trump għadu jrid iwieġeb għal dak allegat minn Mitt Romney fl-aħħar artiklu tiegħu.