Mara ta’ 30 sena tħalliet bla ħajja wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina fin-Nofsinhar ta’ Londra. Il-Pulizija ssejħu b’urġenza fi Triq John Ruskin, fl-inħawi magħrufa bħala Camberwell fil-Kapitali Ingliża, għall-ħabta tal-04:30 tat-Tlieta filgħodu. Il-mara nstabet mejta fuq il-post b’diversi feriti fuq ġisimha, riżultat ta’ diversi daqqiet ta’ sikkina.
Dan huwa l-ewwel omiċidju fl-Ingilterra din is-sena, u persuna qed tinżamm arrestata b’rabta ma’ dan il-każ.
Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li l-qraba tal-vittma għadhom ma ġewx infurmati b’dan kollu.