Tliet persuni, inkluż Uffiċjal tal-Pulizija, sfaw midruba wara daqqiet b’sikkina fl-istazzjon tal-ferrovija magħruf bħala Victoria, f’Manchester, l-Ingilterra.
Ir-raġel ta’ 30 sena flimkien ma’ żewġ nisa ta’ ‘l fuq minn 50 sena ġew attakkati minn raġel ieħor. L-aggressur qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ suspett ta’ attentat ta’ qtil. L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu.