Ilejla l-Prim Ministru Joseph Muscat se jwassal il-messaġġ tradizzjonali li jimmarka t-tmiem tas-sena u l-bidu ta’ sena ġdida. Il-messaġġ tal-Prim Ministru Muscat illejla se jkun qed jixandar fuq l-istazzjon Nazzjonali,TVM, fid-20.50, u se jkun qed jimmarka l-bidu tas-sena 2019.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jwassal messaġġ b’saħħtu, viżjonarju li jħares lejn l-10 snin li ġejjin u t-triq li jrid ikompli miexi fuqha pajjiżna biex jibqa’ javvanża ‘l quddiem, kif ukoll messaġġ b’saħħtu ta’ għaqda li ġej mingħand Gvern magħqud u li qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.
Il-messaġġ tal-Prim Ministru se jerġa’ jixxandar għada fuq TVM f’11:45.
L-istazzjonijiet ONE wkoll se jkunu qed jxandru l-messaġġ tal-Prim Ministru, kemm fuq ONE, illejla fid-21:00, u għada fid-8.45, fin-12.35 u fis-19.00, u kif ukoll ONE Radio għada fit-8.15, il-11.30, it-15.15 u d-20.45.
Il-messaġġ se jkun ukoll disponibbli fuq il-mezzi soċjali.