Passiġġieri li jużaw uħud mill-iktar rotot biżlin tal-ferroviji fl-Ingilterra se jesperjenzaw tfixkil lejlet l-Ewwel tas-Sena hekk kif diversi ħaddiema jinsabu fuq strajk.
Ma’ nofsillejl, ħaddiema ta’ South Western Railway li huma msieħba mar-Rail, Maritime and Transport Union, waqfu mill-ħidma tagħhom.
L-istess unjin qalet li l-kumpanija tal-ferrovija se tkun mgħejjuna finanzjarjament mill-gvern għad-dħul mitluf minħabba l-istrajk.
L-operatur South Western Railway qal li se jkun qed iħaddem servizz ridott fuq in-network.
L-istrajk ta’ 24 siegħa se jaffettwa servizzi fin-Nofsinhar tal-Ingilterra, fosthom Waterloo f’Londra, li huwa l-iktar stazzjon bieżel.
Intqal li se jkun hemm servizzi b’karozzi tal-linja minflok, b’South Western Railway jgħid li se jagħmel dak kollu possibbli sabiex il-klijenti jmorru fejn għandhom imorru u jitnaqqas it-tfixkil.