Ħadd ma ndarab wara li nirien żviluppaw f’garaxx f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:00 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Qalet Marku f’Baħar iċ-Ċagħaq meta żviluppaw nirien f’kamra li fiha kien hemm kompjuter fil-garaxx biswit residenza.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien. Fuq il-post kien hemm ċilindri tal-gass fejn tneħħew sabiex jiġi evitat kull tip ta’ periklu
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.