Norman Gimbel, magħruf l-aktar għall-kliem li kiteb tal-kanzunetta Killing Me Softly with his Song miet fl-età ta’ wieħed u disgħin sena.
Gimbel li rebaħ anki Oscar u Grammy Award miet għaxar t’ijiem ilu f’Kalifornja iżda kien propju llum li tħabbret il-mewt tiegħu.
Gimbel kiteb ukoll it-tema tas-serje televiżiva popolari Happy Days.
Meta ħarġet l-aħbar tal-mewt tiegħu l-organizazzjoni għad-drittijiet tal-mużika, BMI sellmet il-memorja ta’ Gimbel li ta kontribut qawwi fil-mużika.
Huwa kien kittieb prolifiku u xogħlu għamel bosta suċċess.