Id-dgħajsa ‘Maiden’ b’ekwipaġġ ta’ ħames baħħara nisa komplew bil-vjaġġ tagħhom madwar id-dinja. Wara li għall-ewwel waqfa fil-vjaġġ tagħhom waslu f’pajjiżna madwar ġimagħtejn ilu l-ekwipaġġ kompla l-vjaġġ li ser jieħu madwar sentejn.
Il-kaptan tad-dgħajsa, Nikki Henderson saħqet li l-għan ta’ dan il-vjaġġ huwa li jwassal messaġġ t’ugwaljanza.
Henderson saħqet li pajjiżna laqagħhom tajjeb ħafna, u kien il-post ideali li jagħmlu l-ewwel waqfa tagħhom fih. Dan filwaqt li f’pajjiżna qed isiru avvanzi kbar fil-qasam tal-ugwaljanza:
“Gender Equality in Malta is clearly very progressive, there is clearly a hunger for it and like everywhere in the world, I think that we just need to try and keep embodying that hunger for gender eqaulity. Being role models for it, particulary, mothers, women who have a very big influence on children, and teachers”.
Sabiex issellem lill-ekwipaġġ qabel ikomplu l-vjaġġ tagħhom kien hemm preżenti fil-marina tal-Birgu, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Fl-inidirizz tagħha hija faħħret d-dedikazzjoni u l-kuraġġ li għandhom l-ekwipaġġ li se jagħmlu dan il-vjaġġ twil madwar id-dinja bl-għan li jippromovu l-ugwaljanza. Hija saħqet li hemm ħafna xogħol xi jsir f’dan il-qasam f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.
Fl-attività ħadu sehem ukoll kelliema minn bosta għaqdiet bħal Jarhead Young Sailors Foundation li organizzaw il-konferenza, ‘empower’ li hi pjattaforma għall-organizzazzjonijiet tan-nisa u BPW Malta.