Bejn Jannar u Mejju Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ defiċit għal dan il-perjodu minn kemm ilha msieħba fl-Unjoni Ewropea. Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena d-defiċit niżel għal €71,300,000.
Differenza ta’ €47,500,000 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fost oħrajn il-gvern ra żieda fid-dħul tiegħu. Fost oħrajn, minkejja li naqset it-taxxa tad-dħul, il-gvern xorta waħda daħħal €44,800,000 iktar mis-sena ta’ qabel. Żieda wkoll ta’ €29,700,000 fuq is-sena ta’ qabel f’dawk li huma kontribuzzjonijiet ta’ sigurta soċjali, b’din ukoll hija indikazzjoni ta’ kemm issaħħaħ il-qasam tal-impjiegi.
Id-dħul tal-gvern żdied minkejja li f’dan il-perjodu kien hemm tnaqqis fl-użu tal-fondi Ewropej li ħafna minnhom kienu assorbiti s-sena li għaddiet meta kien qed jgħalaq il-programm għall-perjodu elfejn u sbatax, elfejn u tliettax.