Il-pjattaforma Instagram skużat ruħha wara li bidla li għamlet fuq il-pjattaforma ma niżlitx sew ma’ dawk li jużawha.
L-istess bidla ħolqot furur fost dawk li jużaw Instagram tant li l-app reġgħet lura kif kienet f’inqas minn siegħa wara li Instagram irċieva miljuni ta’ lmenti dwar din il-bidla.
Din il-bidla kienet tinkludi fost oħrajn li dawk li jużaw Instagram li jmexxu r-ritratti fuq ix-xellug biex jeqilbu minn ritratt għal ieħor minflok iniżlu jew itellgħu ‘l fuq jew ‘l isfel biex jaraw ir-ritratti fuq il-‘feed’ ta’ Instagram.
Ftit minuti biss wara li saret il-bidla, bosta persuni rħewlha fuq pjattaformi oħra bħal Twitter u Facebook biex jilmentaw u jheddu li se jħassru Instagram jekk din il-bidla ma tinbidilx għal kif kienet qabel l-app. Kien għalekk li wara li rċeviet miljuni ta’ lmenti, fi ftit inqas minn siegħa Instagram bidel l-app lura għan-normal u skuża ruħu.