Mijiet ta’ persuni ġew mitluba jħallu torri f’Sydney fl-Awstralja wara li ntlemħu xi xquq.
Din m’hiex l-ewwel darba li nxtegħlu bozzoz ħomor fuq dan it-torri għoli ta’ 38 sular.
Il-kumpanija li bniet it-torri qalet li m’hemmx lok għall-allarm u l-fatt li n-nies intalbu joħorġu mit-torri huwa bħala prekawzjoni.
Numru ta’ inġiniera qed jaħdmu biex jaraw x’inhi s-sitwazzjoni eżatt wara li nstema’ ħoss qawwi filwaqt li ntlemħu xi xquq fil-binja ikonika fil-belt Awstraljana.