L-akbar maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’Malta, l-Istrina, irnexxielha tiġbor €7,135,035 f’donazzjonijiet mill-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-maratona, li saret propju l-għada tal-Milied, hija l-aktar waħda mistennija f’pajjiżna, u din is-sena kienet l-aħħar edizzjoni li saret taħt il-patroċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Bi kburija, il-President Coleiro Preca saħħqet li m’hawnx poplu bħal dak Malti u Għawdxi, li ta’ kull sena jiżboq kull rekord f’din l-istess maratona.
Il-fondi kollha li nġabru se jmorru għall-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.
L-appelli minn diversi personalitajiet u persuni fil-bżonn ma naqsux tul it-12-il siegħa li damet għaddejja l-maratona, fejn l-udjenza gawdiet minn spettaklu minn diversi personalitajiet Maltin, fosthom anke l-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.
F’messaġġ fil-ftuħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-importanza ta’ kull persuna fil-Gżejjer Maltin biex l-Istrina tal- 2018.