“L-appell. Nagħtu, daqs snin oħra, anzi aktar minn snin oħra, għax l-Istrina din is-sena għandha bżonnok.”
Dan kien l-appell tal-Prim Ministru Joseph Muscat għal din is-sena hekk kif illum se tittella’ l-ikbar maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’pajjiżna.
Il-maratona ta’ 12-il siegħa, li hija l-aħħar waħda tal-President Marie Louise Coleiro Preca, se tibda f’12:00 u tibqa’ għaddejja sa 00:00.
Fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop se jinġabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund f’jum li huwa sinonimu mal-ġenerożità u prova oħra ta’ kemm il-Maltin huma poplu b’qalb kbira.