Il-kantant Bono li jifforma parti mill-grupp mużikali Irlandiż U2, ta spettaklu għal żmien il-Milied b’risq il-persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom.
Lejlet u Jum il-Milied, Bono deher barra stabbiliment tad-divertiment f’Dublin idoqq u jkanta bil-kitarra. Il-flus li l-persuni li kienu qed jisimgħuh tefaw fil-kappell tiegħu se jmorru kollha għall-karità, partikolarment għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tal-housing.