Il-Familja Rjali Ingliża laqgħet mijiet ta’ persuni li f’Jum il-Milied attendew għal servizz reliġjuż f’Sandringham, l-Ingilterra. Il-Prinċpijiet William u Harry flimkien man-nisa tagħhom deheru ħierġin mill-binja hekk kif intemm is-servizz tradizzjonali. Bosta minn dawk preżenti tefgħu għajnehom fuq Meghan Markle, li qed tistenna l-ewwel tarbija tagħha.
Aktar kmieni dan ix-xahar, Markle u Kate Middleton ħakmu l-aħbarijiet Ingliżi wara li ħarġu diversi rapporti li kien hemm xi tensjoni bejniethom. Saħansitra kien hemm anke għajdut li mhux se jqattgħu żmien il-Milied flimkien.