Il-Gvernatur tal-istat ċentrali Puebla fil-Messiku, Martha Erika Alonso, mietet meta ġġarraf il-ħelikopter li kienet fuqu.
Ir-raġel tagħha, is-Senatur Rafael Moreno Valle u żewġ bdoti tilfu ħajjithom ukoll filwaqt li qed ikun irrapurtat li abbord kien hemm it-tielet passiġġier li miet ukoll.
Alonso kienet għadha kif ħadet il-ġurament tal-ħatra ftit tal-jiem biss qabel ma seħħ dan l-inċident u saret l-ewwel Gvernatur mara ta’ Puebla.
Bħalissa qed issir investigazzjoni sabiex tistabilixxi x’wassal biex iġġarraf il-ħelikopter.