Il-fdalijiet ta’ żiemel instabu f’villa li tinsab barra s-sit ta’ Pompeii fl-Italja. L-istoriċi fuq il-post qed jiddeskrivu din is-sejba bħala waħda rari.
Skont studju li sar fuq is-sejba, iż-żiemel jidher armat għal xi vjaġġ, possibilment biex isalva xi persuni waqt it-traġedja li ħakmet lil dan il-villaġġ fis-sena 76 QK. Dan wara li l-vulkan Vessuvju żbroffa u qered il-villaġġ kollu. Illum, dan huwa sit storiku li jiġbed lejh eluf ta’ persuni kull sena.
Il-villa li fiha nstabu l-fdalijiet taż-żiemel kienet inbniet minn ġeneral Ruman ftit tas-snin qabel it-traġedja ta’ Pompeii. L-hekk imsejħa Villa dei Misteri tinsab fit-tarf nett tal-villaġġ meqrud, u fiha kienu nstabu wkoll fran u apparat li bih kien isir l-inbid.