Tfajla ta’ 15-il sena mir-Rabat u ġuvni ta’ 16-il sena mill-Pietà ħelsuha ħafif wara li kienu involuti f’hit and run fir-Rabat.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-19:00 meta ż-żewġ żgħażagħ kienu qed jaqsmu t-triq qrib il-bieb tal-Imdina fi Triq Mario Galea Testaferrata meta vettura, b’persuni fuq il-midja soċjali qed jallegaw li hi Fiat Punto ta’ lewn griż, laqtet liż-żewġ żgħażagħ u baqgħet sejra minn fuq il-post.
Iż-żewġ żgħażagħ ittieħdu fl-eqreb poliklinika fejn ġew iċċertifikati li sofrew minn grieħi ħfief.
Intant dawk li kienu fuq il-post meta seħħ l-inċident qed jappellaw għal kull għajnuna sabiex ix-xufier flimkien mal-vettura jiġu identifikati.