Charles Farrugia, raġel ta’ 40 sena ġie mixli li prova jisraq id-diesel minn ġo karozza filwaqt li kiser kundizzjonijiet ta’ sentenza tal qorti li ngħatat lura fis sena 2016.
L-avukati Dr Rene Darmanin u Dr Arthur Azzopardi qed jidhru f isem l-akkużat filwaqt li Dr Victor Bugeja qed jidher quddiem il-qorti bħala parte civile.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Madankollu, id-difiża talbet lill-prosekuzzjoni sabiex tħarrek lix-xhieda tagħha malajr kemm jista’ jkun.
Sadanittant, Charles Farrugia ser jinżamm arrestat.