Minn sena għal ohra huma bosta dawk li jistennew il-pantomima tal-Milied. Min bil-Malti u min bl-Ingliż, min f’teatru u min f’ieħor.
Tkellima ma’ Rodney Gauci li għal dawn l-aħħar tliet snin ħadem il-parti tad-dama.
Imma fil-verità d-dama min hi u għaliex dejjem irid jagħmilha raġel ħafna drabi ta’ daqs kbir?
Rodney Gauci qal li “L-importanza hija li hemmhekk qed nippreżentaw raġel li ġie mlibbes ta’ mara u jipprova jkun mara imma iżjed milli jeċċella f’li jkun mara, iżjed huwa xi hadd illi qed jipprova u mhux dejjem qed jirnexxielu”
Jgħidilna li l-iskop huwa li t-tfal jimmaġinaw u jemmnu dak li jaraw fosthom maġija li ssir fuq il-palk u anke l-ħrafa nnifisiha li tkun qed tingħad mill-atturi.
Iżda mhux biss. Iċ-ċajt fin għandu l-għan li jnissel tbissima fil-kbar bla ma jikkorompi l-innoċenza tat-tfal.
Edward Mercieca ilu jieħu sehem fil-pantomina, l-aktar fil-parti tad-dama għal daWn l-aħħar 34 sena. Jgħidilna li l-impenn
Jispjega li l-parti tad-dama hija impenjattiva ħafna għax l-attur jkollu jilbers kostumi kemxejn kbar u f’qasir ħin.
Jisħaq li minħabba l-bidla fis-soċjetà, id-dama trid toqghod attenta li ma tweġġax bi kliemha għax is-sitwazzjonijiet fil-familji nbidlu ħafna matul is-snin.
Edward Mercieca jgħid li għalkemm dan jista’ jkun perjodu stressanti minħabba l-ħiniiet twal fit-teatru, huwa żmien ta’ sodisfazzjon kbir għax il-pantomina toffru spettakkli li taf tnissel tbissima anke billi nidħqu ftit b’xulxin.