Imdorrijin u mgħallmin li Santa Klaws iqassam ir-rigali u jferraħ lit-tfal imma f’rappreżentazzjoni li se titella’ fis-27 u t-28 ta’ Diċembru li ġej se naraw lis-Sinjura Klaws fl-irwol ta’ Santa Klaws.
Is-Sinjura Klaws hija storja ta’ Clare Azzopardi u b’addattament ta’ Jeneveve Darmanin, din l-istorja se titella’ fi Spazju Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Din l-istorja ħelwa diġà ġiet preżentata fl-iskejjel u kif tispjega d-direttriċi ta’ din ir-rappreżentazzjoni, hemm messaġġ femminista u edukattiv.
Tiziana Calleja spjegat kif “Konna daqxejn xettiċi għal bidu imma fil-verità tieħu l-feedback mit-tfal tal-iskejjel illi s-Sinjura Klaws niżlet għasel mhux ħażin. Jiġifieri kien hemm daqxejn girl power fiha l-ħaġa. Imma le naħseb illi meta tibda ssegwi l-istorja, tisma’ xorta lil Santa Klaws jokrob illi dan għandu l-influwenza u ma jistax iqum mis-sodda, dawn it-tfal iridu r-rigal wara kollox. Jiġifieri naħseb is-Sinjura Klaws hija wkoll mod ta’ kif aħna għandna nibdew naċċettaw, inżidu l-ugwaljanza tista’ tgħid.”
Is-Sinjura Klaws hija produzzjoni ta’ Centre Stage u fiha jispikkaw in-nebbiexa.
Kif nistgħu nobsru xi tbissima u laqta umoristika ma tonqosx biex is-Sinjura Klaws għandha tagħti pjaċir lil dawk kollha li se jmorru jarawha.
Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol fuq is-sit kreattivita.org