Il-Ministru Għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ltaqa’ mal-Ministru Tork Mevlüt Çavuşoğlu. Din il-laqgħa għenet sabiex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet politici u kummerċjali mat-Turkija.
Il-Ministru Abela semma kif issa ilna aktar minn 50 sena b’relazzjonijiet mat-Turkija. Huwa qal li bħalissa qed isiru l-aħħar tħejjijiet sabiex il-President titla żżur it-Turkija. Il-Ministru diskuta wkoll kwistjonijiet politiċi bhas-sitwazzjoni fil-Mediterran u Lvant Nofsani. Se ssir aktar koperazzjoni fl-aspetti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u dwar il-problema tal-immigrazzjoni.
Il-volum tat-trade bejn Malta u t-Turkija żdied drastikament u Abela jixtieq jara aktar żieda fil-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Abela semma wkoll proġetti infrastrutturali kbar li qed jintrebħu minn kumpaniji Torok. Semma wkoll kif Malta qed tissaportja t-Turkija bħala kandidat sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Malta qed tagħmel dan kemm fl-aspetti prattiċi kif ukoll politiċi.
Il-Ministru Tork laqa l-ħamsin sena minn mindu ġew stabbiliti r-relazzjonijiet diplomatiċi. Grazzi ghall-żjarat diplomatiċi ir-relazzjonijiet bilaterali huma b’sahhithom. U sentejn irdoppjat it-trade volume għal 500 miljun dollaru. Dwar l-investiment Tork f’Malta huwa qal li laħaq aktar minn miljun dollaru. Semma kif ħafna Torok qed jagħżlu lill-Malta sabiex jiġu għall-kura medika f’niċċa tat-turiżmu mediku.