Mauro Busuttil ta’ 28 sena minn Fleur De Lys ingħata probation wara li fil-Qorti ammetta akkużi ta’ misappropjazzjoni fil-konfront ta’ tliet kumpaniji.
L-akkużat kien akkużat li żamm għalih pagamenti għal servizzi u kirjiet ta’ MFCC, il-Grupp Corinthia u l-Grupp Demajo li suppost marru għand min jimpjegah, u li kien riċediv.
Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo l-akkużat qal li l-flus li żamm raddhom lura lill-kumpaniji, b’avukati tat-tliet kumpaniji jikkonfermaw dan.
L-akkużat kien irrifjuta l-assistenza ta’ avukat u ammetta tal-akkużi f’Novembru. Huwa baqa’ jsostni l-istess minkejja t-twissija mill-Qorti tal-konsegwenzi.
Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti poġġiet lil Busuttil taħt ordni ta’ probation għal tliet snin.