L-Istati Uniti qalet li t-truppi Amerikani mistennija jintbagħtu lura darhom mis-Sirja wara li l-President Donald Trump qal li l-Amerika rnexxielha teqred l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku.
Fi stqarrija, il-Pentagon qalet li l-Istati Uniti se jidħlu fl-aħħar fażi tal-kampanja tagħhom biex l-2,000 suldat Amerikan li kien qed jiġġieled fil-gwerra fis-Sirja jinġieb lura lejn pajjiżu mill-aktar fis.
Jidher li l-Istati Uniti se jżommu monitoraġġ fuq is-Sirja biex ikun żgurat li l-Istat Iżlamiku ma jerġax jitfaċċa mill-ġdid.