Mara li għandha ftit aktar minn 30 sena qed tingħata l-kura l-isptar wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’faċċata ta’ dar fir-Rabat.
L-inċident seħħ tard it-Tlieta filgħaxija fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li qaċċtu l-ġenb tal-karozza biex tkun tista’ tinħareġ il-mara.
Il-mara qed issofri minn ġrieħi ħfief.