Missier Meghan Markel appella lir-reġina Eliżabetta biex tħeġġeġ lid-Dukessa terġa’ tagħmel kuntatt ma’ missierha.
Dan wara li jiem biss qabel it-tieġ tagħha lill-Prinċep Harry, Thomas Markle ħabbar li ma kienx se jattendi minħabba kumplikazzjonijiet ta’ saħħa. Markle qal li ma kellu ebda kuntatt ma’ bintu għal xhur sħaħ, minkejja li bagħtilha diversi messaġġi fuq il-mowbajl personali tagħha, id-Dukessa l-ġdida għażlet li ma tweġibx.
“Napprezza li kieku r-reġina tħeġġeġ lil binti terġa’ tkellimni” qal missier Meghan Markle, li żied jgħid li f’dawn iż-żmienijiet ta’ festi, il-familji għandhom jingħaqdu.
“Lil binti inħobbha ħafna, u għandha bżonn tkun taf, imqar tibgaħtli messaġġ”, temm jgħid Thomas Markle.