Ċifri tal-Eurostat juru li dawk li jaħdmu għal rashom f’Malta huma t-tieni l-aktar kuntenti fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Iċ-ċifri juru li Malta kienet fost tliet pajjiżi biss li kellhom persentaġġ ta’ aktar minn 80 fil-mija tas-self employed tagħhom li huwa sodisfatti b’xogħolhom.
Kienet biss l-Iżvezja li bi 83% kellha sitwazzjoni aħjar minn ta’ Malta b’persentaġġ wieħed biss. Fil-fatt Malta ċ-ċifri juru li 82 fil-mija tas-self employed f’Malta wieġbu li huma kuntenti bis-sitwazzjoni tagħhom. Malta kienet segwita mid-Danimarka b’81 fil-mija.
Ir-rata medja fl-Ujoni Eworpea kienet ta’ 48%.
Iċ-ċifri fost il-bqija tal-pajjiżi Ewropew kienu jvarjaw minn 30% għal 70%.
Erba’ pajjiżi Ewropej kellhom persentaġġ taħt it-30 fil-mija fosthom il-Bulgarija, il-Portugall, Ċipru u r-Rumanija.