https://www.facebook.com/keith.cassarjackson/videos/2450707631609390/
Dan huwa l-mument li Buddy, l-kelb li seraq qlub il-Maltin, irritorna lura għand sidu. Il-kelb kien ilu mitluf għall-aktar minn ġimgħa, u ġabar warajh bosta Maltin f’ħidma sfieqa sabiex jinstab.
Buddy instab il-Ħadd waranofsinhar fi stat ta’ saħħa tajba u issa qiegħed għand familtu mill-ġdid. Jidher li Buddy ħarab wara li ħaseb li ġie abbandunat meta tħalla ma’ persuna kompetenti sakemm sidu mar fuq btala ta’ erbat ijiem. Għalkemm Buddy forsi ħaseb li se jsib lil sidu, sfortunatament spiċċa tilef triqtu.
Intant, għal dawn l-għaxart ijiem, sidu flimkien mal-qraba, ħbieb u bosta persuni li laqgħu s-sejħa għall-għajnuna u kienu għaddejjin bi tfittxija għal Buddy, li kien intlemaħ fiż-żoni ta’ Pembroke, San Ġwann, il-Għargħur, in-Naxxar, il-Mosta u San Pawl il-Baħar u l-Magħtab.
Buddy nstab jiem biss wara li deher fl-inħawi tal-impjant tal-Wasteserve fil-Magħtab, fejn gruppi ta’ persuni daru madwar l-inħawi bi drones li għenu fit-tfittxijiet għall-kelb.
Sid il-kelb wera sodisfazzjon kbir għall-fatt li Buddy nstab qawwi u sħiħ, u jinsab grat għal kull għajnuna li ngħata.